Lokali

Bi ġrieħi gravi wara li waqa’ madwar sular

Raġel ta’ 44 sena residenti Marsaxlokk, għal xi n-nofsiegħa 12.30, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk.

L-ewwel investigazzjonijiet juru li r-raġel waqa’ madwar sular waqt li kien qed jaħdem fuq barra ta’ dgħajsa.

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.