L-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li ngħata l-Gvern Malti mill-Kunsill tal-Ewropa biex tiġi żgurata ġustizzja għall-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u biex tissaħħaħ is-saltna tad-dritt tqiesu bħala “mhux sodisfaċenti” mill-istess Kunsill.
Il-valutazzjoni saret mill-kumitat għall-affarijiet legali tal-Kunsill, li approva rapport mir-rapporteur tiegħu Pieter Omtzigt li anke tkellem fuq YouTube dwar dak kollu li ħareġ mill-valutazzjoni.
F’riżoluzzjoni li saret madwar sena u nofs ilu, l-assemblea tal-Kunsill tal-Ewropa kienet għamlet numru ta’ rakkomandazzjonijiet lill-Robert Abela. Dawn kienu jiffukaw fuq li ssir ġustizzja u li tkun eliminata l-korruzzjoni fil-pajjiż.
