Coronavirus Internazzjonali Saħħa

Fl-Ingilterra bdiet tingħata t-tilqima għal kontra l-Covid

Ritratt: The Financial Express

Mara Ingliża ta’ 90 sena saret l-ewwel persuna fir-Renju Unit li ingħatat it-tilqima għal kontra l-Coronavirus. Rapporti qed jindikaw li t-tilqima (l-ewwel waħda) ġiet ammonistrata fis-7:31am.

Margaret Keenan, li tagħlaq 91 sena l-ġimgħa d-dieħla, qalet li “dan kien l-isbaħ rigal li setgħet tingħata”.

Din it-tilqima kienet l-ewwel minn 800,000 doża li se jkunu qed jingħataw fil-jiem li ġejjin. B’kollox hemm 4 miljun vaċċin li se jkun amministrat fir-Renju Unit sal-aħħar tax-xahar.

Ilbieraħ il-Gvern Malti ħabbar li l-ewwel li se jitlaqqmu se jkunu l-frontliners u l-anzjani li għandhom aktar minn 85 sena. Dan il-vaċċin se jkun qed jingħata lilhom fil-bidu ta’ Jannar.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.