Lokali

“Ħadd ma għandu jħossu ‘l fuq mil-liġi” – Bernard Grech

Kontroversja wara li s-sid tal-Arka ta’ Noe fis-Siġġiewi, tella’ video ta’ 30 minuta jattakka personalment lill-Kummissarju l-ġdid għall-Annimali ta’ Malta Alison Bezzina.

Fil-filmat, Cutajar ħadha qatta bla ħabel kontra Alison Bezzina, is-soċjetà ċivili u l-Partit Nazzjonalista.

Waqt li qal li ż-żoos kienu qed jiġu l-mira ta’ ħafna kritika f’daqqa minħabba li n-nies ma kellhomx grazzja miegħu personalment, hu beda jitkellem fuq Bezzina, attivista tas-soċjeta ċivili, u staqsa xi kwalifiċi għandha biex tokkupa din il-kariga… saħansitra heddida li jista’ jkeċċiha.

Intant, b’rabta ma’ dan, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, fi stqarrija, saħaq li jistenna li l-Prim Ministru jikkundanna u jiddiżassoċja ruħu minn dawn il-kummenti.