Rowen Camilleri
SLIEMA W………..0
ĦAMRUN S………..2
Sliema W: J. Galea, K. Shaw, G. Ribeiro (A. Satariano 69’), J. Cisotti, D. Pereira, G. Aqulina (E. Agius 69’), R. Kakinuma (J. Mintoff 81’), O. Linton, M. Beerman, D. Vukovic (M. Sansone 81’), S. Comvalius (J. P. Farrugia 59’)
Ħamrun S: E. Bartolo, D. Gojkovic, M. Guillaumier, A. Oyama (D. Borg 90’), J. Mbong, J. Soares (I Adeshina 90’), F. Sasere, S. Valero, J. Corbalan, P. Djordjevic, E. Marcelina
Imwissija: E. Marcelina 13’ E. Bartolo 87’ (Ħ), R. Kakinuma 39’, O. Linton 45’ (S)
Skorjaw: J. Mbong 14’, 85′ (Ħ)
Referee: Trustin Farrugia Cann
Assistenti Referees: Luke Portelli u Darryl Agius
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Jorge Soares (Ħamrun Spartans)
BOV Plejer tal-logħba: Jorge Soares (Ħamrun Spartans)
F’konfront bejn żewġ timijiet li qed jaspiraw minn tal-inqas post fl-Ewropa, Ħamrun Spartans għelbu lil Sliema Wanderers 2-0 biex b’hekk it-tim immexxi minn Mark Buttiġieġ irritorna għar-rebħ wara li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet spiċċa fi dro mhux mistenni ta’ 2-2 kontra Lija Athletic.
Fl-14-il minuta Ħamrun Spartans marru fil-vantaġġ meta Jorge Soares ħarab mal-linja u qassam lejn JOSEPH MBONG fil-kaxxa li minn qagħda komda għeleb lil Galea. Għaxar minuti wara Sliema marru viċin minn free-kick dirett ta’ Gilmar Ribeiro li deher iddestinat għal gox-xibka iżda kien Guillaumier li tajjar bir-ras f’korner. Fl-aħħar azzjoni tal-ewwel taqsima Ħamrun reġgħu marru viċin meta Guillaumier avvanza u qassam mal-linja lejn Mbong b’dan tal-aħħar javvanza u jqassam fin-nofs lejn Soares li xxutja mill-ewwel u b’diffikulta Galea laqa’ tajjeb qabel mad-difiża tal-Wanderers setgħet tbiegħed il-periklu.
Fit-53 minuta ħarba tajba ta’ Cisotti mal-linja li qassam lejn Ribeiro iżda x-xutt tiegħu għadda barra. Tliet minuti wara reġa kien Ribeiro li mar viċin meta minn kross ta’ Comvalius l-istees Ribeiro din id-darba stampa l-mimduda. Fit-58 minuta mbad kien korner ta’ Ħamrun mogħti minn Oyama li sab lil Djordjevic li b’xutt mill-ewwel ħasad lil gowlkiper Galea iżda l-ballun għadda ftit barra. Bil-logħba tkun waħda ibbilanċjata fis-77 minuta Ħamrun fallew ċans tad-dehem li jirduppjaw. Kien Guillaumier li għadda tajjeb lejn Mbong fil-kaxxa li mill-ewwel qassam lil Djordjevic li dar ma’ difensur u wiċċ m b’wiċċ ma’ Galea ra x-xutt tiegħu milqugħ mil-gowlkiper Slimiż. Fil-85 minuta Ħamrun issiġillaw ir-rebħa meta il-plejer tal-logħba Soares għadda mal-linja lejn Djordjevic li dan tefa’ kross preċiż fuq JOSEPH MBONG li b’daqqa ta’ ras mill-viċin għeleb lil Jake Galea.
//= $special ?>