Futbol Sport

Hibernians fil-quċċata tal-klassifika wara rebħa fuq Gżira

(Ritratt: MFA)

Gżira U…………………0

Hibernians……………….1

Gżira U.: J. Haber, G. Bohrer, S. Borg, N. Muscat, C. Escobar, D. Xuereb (N. Portelli 45’), M. Davis (O. Elouni 75’), J. Mendoza, R. Correa, A. Samb, J. De Assis

Hibernians: M. Calleja Cremona, F. Apap, L. Almeida, A. Attard, J. Grech, B. Kristensen, G. Izquier, S. Shodija, A. Agius (E. Uzeh 66’), W. Texeira (J. Degabriele 73’), K. Laukzemis

Referee: E. Grech

Assistent referees: D. Sultana, R. Vella

Hibernians telgħu fil-quċċata tal-klassifika punt aktar minn Sliema Wanderers u Ħamrun Spartans meta fl-Istadium Nazzjonali għelbu lil Gżira United 1-0 li minn naħa tagħhom din kienet it-tieni telfa konsekuttiva wara dik fi tmiem il-ġimgħa kontra Sirens. Wara 35 minuta mingħajr azzjonijiet ta’ periklu, kienu Hibenrians li fetħu l-iskor bl-ewwel xutt lejn il-lasti ta’ Haber meta minn pass minn fuq il-lemin ta’ Texeira, kien JAKE GRECH li minn pożizzjoni tajba kkonkluda fir-rokna tax-xibka.

It-tieni taqsima kompliet fuq l-ewwel taqsima bi ftit azzjonijiet perikolużi, bl-ewwel ċans li setgħa ġab l-iskor indaqs wasal fit-68 minuta meta minn pożizzjoni tajba, Jefferson De Assis spara għoli. Żewġ minuta wara, Hibernians resqu viċin li jirduppjaw meta minn freekick minn bara l-kaxxa Gabriel Izquier ra t-tentattiv tiegħu jaħbat mal-mimduda.