It-8 ta’ Diċembru huwa l-jum li fih il-Knisja Kattolika madwar id-dinja tiċċelebra l-festa tal-Madonna mnissla mingħajr ebda dnub tan-nisel, l-Immakulata Kunċizzjoni.
Il-Knisja Kolleġġjata ta’ Bormla ċċelebrat il-festa titulari tal-Immakulata Kunċizzjoni b’quddiesa solenni mmexxija mill-Arċipriet tal-Parroċċa tal-Madonna Tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar, il-Kanonku Dun Evan Caruana … bis-sehem tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ Bormla u diversi saċerdoti Bormliżi. Il-paniġierku kien minsuġ minn Patri Christopher Caruana .
Ta’ min isemmi li din il-festa kienet dikjarata festa universali mill-Papa Sistu fl-1476 u din il-ġurnata hija festa pubblika f’numru ta’ pajjiżi fejn ir-Reliġjon Kattolika hija predominanti.
Fost dawk li attendew għaċ-ċelebrazzjoni f’Bormla kien hemm deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra fosthom id-Deputati Nazzjonalisti Stephen Spiteri u Carm Mifsud Bonnici.
Hawn Malta hawn b’kollox 3 parroċċi ddeddikati lill-Immakulata Kunċizzjoni; f’Bormla, fil-Ħamrun u f’Tal-Ibraġġ. Izda l-festa tat-8 ta’ Dicembru tkun iċċelebrata wkoll b’solennita’ anke f’lokalitajiet ohrajn…inkluż fir-Rabat Ghawdex. Din is-sena, minħabba l-pandemija, ebda lokalita’ ma setgħet tiċċelebra l-festa esterna tal-Kuncizzjoni…għalkemm it-toroq xorta izzejnu biex jagħtu libsa ta’ festa.
//= $special ?>