Illejla tintemm il-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League bis-sitt ġurnata kif ukoll taf tkun l-aħħar partita f’din il-kompetizzjoni għal diversi klabbs.
Mill-partiti tal-lejla, Grupp E u Grupp G huma diġa magħluqa, b’Chelsea, Sevilla, Barcelona u Juventus ikkonfermaw post mal-aħħar sittax. Minkejja dan, partita li żgur se tinteressa lil ħafna hija dik bejn Barcelona u Juventus, fejn se tirritorna r-rivalita bejn Lionel Messi u Cristiano Ronaldo.
Grupp H huma l-iktar wieħed kumpless, hekk kif it-tliet timijiet fil-quċċata b’disa’ punti kollha kapaċi jaħtfu post fil-fażi li jmiss. Manchester United għandhom konfront dirett kontra Leipzig, bir-rebbieħ jieħu t-tliet punti meħtieġa biex jipprogressa. Mill-banda l-oħra, għal PSG se tkun kemmxejn iżjed faċli hekk kif se jilgħabu kontra Basaksehir li diġa huma eliminati.
Borussia Dortmund ukoll diġa aċċertaw post mall-aħħar sittax fejn jinsabu l-ewwel fi Grupp F b’għaxar punti iżda għadhom ma rebġux il-grupp. Lazio kif ukoll Club Brugge għadhom fiċ-ċans, u dan se jiġi deċiż fil-konfront dirett ġewwa Ruma. Lazio jinsabu kemmxejn vantaġjati hekk kif għandhom żewġ punti iżjed mit-tim Belġjan, u anke draw tkun biżżejjed. Dan ikun mument storiku għaż-żewġ timijiet, hekk kif Lazio ilhom ma jgħaddu mill-gruppi mill-istaġun tal-1999-2000, filwaqt li għal Club Brugge, dan ikun l-ewwel darba fl-istorja li jkunu daħlu fil-fażi tan-knockout.
//= $special ?>