James Aaron Ellul, il-Minority Leader fil-Kunsill Lokali tal-Floriana lbieraħ ingħata l-unur bħala l-politiku bl-aqwa kontribut fil-governanza lokali.
L-unur iġib l-isem “JCI Ten Outstanding Young People (TOYP) Award”, u dan l-unur li rebaħ il-Kunsillier Nazzjonalista jitratta l-politika, l-affarjiet legali u l-governanza.
F’kumment fuq Facebook James Aaron Ellul qal li jinsab onorat li rebaħ dan l-unur prestiġjuż filwaqt li tenna li se jibqa’ jagħmel ħiltu biex bil-politika tiegħu jibqa’ jservi u jwettaq politika tas-sewwa.
Tul is-serata l-unur għax-xogħol ġurnalistiku ntrebaħ minn Paul Caruana Galizia.
//= $special ?>