Kenneth Vella
Meta aktar kmieni wara nofsinhar, festa pubblika, fil-korsa tal-Marsa saret it-48 laqgħa tas-sena fuq tnax -il tiġrija tat-trott kienu magħrufa l-finalisti tal-kampjonat tat-Tazza tal-President għal żwiemel tal-klassi Premier. Dan meta saru ż-żewg semifinali fuq distanza qasira ta’ 2140m u li ntrebħu minn Balthazar Maza u Navaj Brodda rispettivament.
Miż-żewg semifinali Premier tnax -il żiemel għamluha għall-finali. Fl-ewwel waħda, il-kwotat Digital Performer (Noel Baldacchino) li kien għal ħafna ħin quddiem, ċeda kollox madwar 500m mill-linja finali. Dan inqabeż minn diversi żwiemel, fosthom minn Balthazar Maza (Caillin Borg) li ħa r-raba’ rebħa tas-sena u f’Malta b’tul minn Duke Of Mearas (Ludvic Ghigo), Sir Q.C. (Mario Fenech) u Zack’s Zoomer (Clint Vassallo). Joe Hoo Lee (Tony Demanuele) u Eagle B Butcher (Jesmar Gafa’) għaddew ukoll għall-aħħar fażi meta temmew warajhom f’dik l-ordni.
Fit-tieni semifinali mill-istess kompetizzjoni. Valentino Strix beda jattakka fuq in-naħa ta’ barra dawra mit-tmiem u rnexxilu jieħu l-kmand fl-aħħar metri. Għalkemm iż-żiemel ta’ Ghigo qasam il-linja finali l-ewwel minn Navaj Brodda (Charles Camilleri) dan safa’ skwalifikat. B’hekk ir-rebħa ngħatat lil Navaj Brodda minn Output Pressure (Clint Vassallo) u Corky Ramirez (Paul Galea). Liam Dana (Michael Ellul) u Eurythmic Sisu (Kevin Sciberras) u Julio De Luxe (Rodney Gatt) kienu l-aħħar żwiemel li kkwalifikaw għall-finali.
Ir-rizultati kollha
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Febus Du Juille (K. Saliba) Ħin – 2.07.7” (1.17.8”) 2. Floyd Du Guibel (A. Ellul) 3. Verseau d’Anpierre (J. Scerri) 4. Dino Josselyn (G. Garzia)
II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. First Express (M. Desira) Ħin – 2.04.9” (1.16.2”) 2. Zenit Karsk (C. Vassallo) 3. Tirana CN (M. Farrugia) 4. Trazom (W. Cutajar)
III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Top Di Girifalco (N. Barbara) Ħin – 2.07.7” (1.17.9”) 2. Adios Amigo (Ph. Calleja) 3. Cadumroc (C. Degiorgio) 4. Quickspin (C. Calleja)
IV Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Gigant Well (C. Degiorgio) Ħin – 2.07.6” (1.143.6”) 2. Keep Me Tooma (R. Gatt) 3. Coctail Des Pres (M. Debono) 4. M.T. Khila (M. Ellul)
V Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Record Du Mexique (M. Cauchi) Ħin – 2.05.2” (1.16.4”) 2. Daytrader U.M. (J. Vassallo) 3. Likearollingstone (C. Vassallo) 4. Cazario (C. Camilleri)
VI Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Global Rebel (C. Camilleri) Ħin – 2.03” (1.14.9”) Bientot Jenilou (R. Gatt) 3. Tom Des Rivieres (C. Calleja) 4. Apollon d’Ille (P. Spiteri)
VII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Ivan Pavlov A.T. (G. Muscat) Ħin – 2.02.8” (1.14.9”) 2. Castle Rose (M. Debono) 3. Cobby’s Celeb (K. Azzopardi) 4. Schubert (K. Saliba)
VIII Tiġrija. Semi Finali Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Balthazar Maza (C. Borg) Ħin – 2.40.8” (1.15.2”) 2. Duke Of Mearas (L. Ghigo) 3. Sir Q.C. (M. Fenech) 4. Zack’s Zoomer (C. Vassallo) 5. Joe Hoo Lee (T. Demanuele) 6. Eagle B Butcher (J. Gafa’)
IX Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Feel The Music (M. Debono) Ħin – 2.03.4” (1.15.2”) 2. Dewey Luvs Britt (C. Calleja) 3. Demon De Babel (J. Gafa’) 4. Balou d’Angis (C. Vassallo)
X Tiġrija. Semi Finali Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Navaj Brodda (C. Camilleri) Ħin – 2.42.6” (1.16”) 2. Output Pressure (C. Vassallo) 3. Corky Ramirez (P. Galea) 4. Liam Dana (M. Ellul) 5. Eurythmic Sisu (K. Sciberras) 6. Julio De Luxe (R. Gatt)
XI -il Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Charming Soldier (N. Baldacchino) Ħin – 2.03.9” (1.15.6”) 2. Brin De Noblesse (J. Gafa’) 3. Bottarus (C. Camilleri) 4. Venicio Bello (A. Cassar)
XII -il Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Fine Delo (J. Gafa’) Ħin – 2.02.3” (1.14.6”) 2. Camland (C. Vassallo) 3. Dehande (R. Gatt) 4. Evender Maybe (J. Carabott)
//= $special ?>