Futbol Sport

PSG v I. Basaksehir sospiża wara kliem razzista mit-terna arbitrali, Man Utd eliminati

(Ritratt: EPA)

Il-lejla ntlagħbu għadd ta’ partiti mill-UEFA Champions League, bl-aktar grupp li kien għadu miftuħ kien Grupp H, dak ta’ Manchester United, RB Leipzig, PSG u Istanbul Basaksehir.

Il-partita bejn PSG u Istanbul Basaksehir li ntlagħbet fil-Parc des Princes kien sospiża fit-23 minuta wara li r-referee Ovidiu Hategan tar-Rumanija u r-raba’ uffiċjal nstemgħu jgħaddu kummenti razzista fil-konfront ta’ uffiċjal ta’ Istanbul Basaksehir bil-plejers taż-żewġ timijiet jiddeċiedu li joħorġu mill-granwd, bl-iskor sakemm twaqqfet il-partita kien dak ta’ 0-0. Wara qbil bejn iż-żewġ timijiet, l-UEFA ddeċidiet li l-partita titkompla għada b’terna arbitrali differenti filwaqt li fetħet investigazzjoni dwar il-każ.

Fil-partita l-oħra mill-istess grupp, RB Leipzig għelbu u b’hekk eliminaw lil Manchester United 3-2. ANGELINO fetaħ l-iskor għall-Ġermaniżi wara 2-0, b’AMADOU HAIDARA jagħmilhom 2-0 fit-13 -il minuta. JUSTIN KLUIVERT skorja t-tielet gowl fid-69 minuta. Manchester United skorjaw darbtejn f’żewġ minuti meta fit-80 minuta BRUNO FERNANDES skorja permezz ta’ penalty u żewġ minuta wara Paul Pogba għamilhom 3-2.

F’partita oħra minn Grupp G, Juventus umiljaw lil Barcelona f’rebħa ta’ 3-0 fil-Camp Nou. CRISTIANO RONALDO fetaħ l-iskor wara 13 -il minuta permezz ta’ penalty, bl-Amerikan WESTON MCKENNIE jirdoppja fl-20 minuta. RONALDO aċċerta mit-tliet punti u mir-rebħ tal-grupp għal Juventus fit-52 minuta meta minn penalty ieħor għamilhom 3-0.

UEFA CHAMPIONS LEAGUE

Illejla: Grupp E: Chelsea v Krasnodar 1-1, Rennes v Sevilla 1-3 Grupp F: Lazio v Brugge 2-2, Zenit v B. Dortmund 1-2 Grupp G: Barcelona v Juventus 0-3, D. Kiev v Ferencvaros 1-0 Grupp H: PSG v I. Basaksehir sosp., RB Leipzig v Man Utd 3-2