Coronavirus Internazzjonali

Riċerka turi li l-vaċċin ta’ Oxford/AstraZeneca huwa sigur u effettiv

Skont riċerka, il-vaċċin ta’ Oxford/AstraZeneca huwa sigur u effettiv.

Ir-riċerkaturi jgħidu li din it-tilqima se jkollu “impatt kbir” fuq il-pandemija tal-Coronavirus.

L-istudju, ippublikat fil-Lancet, huwa l-ewwel analiżi rivedut li tħares lejn ‘Phase 3 trial’ mill-prova tal-vaċċin.

Ix-xjentisti li ħadmu fuq il-vaċċin enfasizzaw l-importanza ta’ “trasparenza”. Huma qed jittamaw li l-vaċċin jiġi approvat għall-użu fir-Renju Unit “fil-ġimgħat li ġejjin”.