Matthias Mizzi
Sirens.………………0
Santa Lucia……….2
Sirens: M. Montfort, R. Grech (’82 R. Scicluna), R. Dos Anjos, M. Maia, W. Domoraud, J. Walker (’60 L. Grech), A. Borg, S. Tounkara, T. Agius, M. Bustos (R. Menezes), T. Espindola
Santa Lucia: C. Farrugia, T. Tabone, A. Prates Rodrigues, K. Correia, A. Magri, L. Motta (’88 L. McKay), A. Da Silva, K. Ante, L. Filho, J. Vella Critien (M . Camilleri), K. Xuereb
Imwissija: SIR: ’77 R. Grech STL: ’90 M. Camilleri
Skorjaw: SIR: ’85A. Magri Overend, ’90 +1 K. Ante Rosero
Referee: Slobodan Petrovic
Assistenti Referees: Christopher Francalanza & Mark Ciantar
Raba’ Uffiċjal: Malcolm Spiteri
Santa Lucia jirritornaw għar-rebħ b’żewġ goals fl-aħħar ħinijiet tal-partita, filwaqt li tintemm is-serje ta’ riżultati pożittivi għal Sirens.
Tlett ijiem biss wara li kienu impenjati fi tmiem il-ġimgħa, iż-żewġ timijiet kellhom l-istess ammont ta’ punti fil-klassifika qabel dan il-konfront, madankollu Sirens b’logħba inqas. It-tim immexxi minn Stephen D’ Amato kien ġej minn rebħa konvinċenti fuq Gżira United filwaqt li s-Saints tilfu kontra l-ġirien Hibernians.
F’bidu kwiet u bbilanċjat, azzjoni personali minn Maia Maxuell ħolqot periklu kbir fil-kaxxa opposta, bil-konklużjoni ġiet iddevjata f’corner. Man-nofs siegħa logħob Sirens ġew imċaħħda milli marru fil-vantaġġ wara li t-terna arbitrali ħassret il-goal għal offside. Fil-kumplament tal-ewwel taqsima l-azzjonijiet perikolużi miż-żewġ timijiet kienu minimi sabiex wara 45 minuta logħob l-iskor kien għadu ma nfetaħx.
Ftuħ it-tieni taqsima u Farrugia ddevja żewġ azzjonijiet f’corner, daqqa ta’ ras b’saħħitha minn Wilfred Domoraud u xutt minn Ryan Grech rispettivament. Ir-ritmu tal-partita kompla f’wieħed kajman biż-żewġ timijiet sabuha diffiċli biex ikkreaw l-ispazju.
Madankollu kellhom ikunu ħames minuti mit-tmiem, biex Rosero ddefenda tajjeb il-ballun b’ Adam Magri Overend daħal tajjeb u fetaħ l-iskor. St. Lucia għamlu biċ-ċert bir-rebħa tagħhom fil-ħin barrani meta fuq kontrattakk, Rosero xxutja fil-baxx u għamel ir-riżultati finali tal-partita 2-0.
//= $special ?>