Lokali

VOX POP: COVID-19 u x-xiri għar-rigali tal-Milied

Milied 'il bogħod minn dawk għeżież għalina

Ix-xahar ta’ Diċembru, ix-xahar tal-Milied… u ma jistax jonqos li wasal iż-żmien li n-nies jibdew iduru l-ħwienet biex isibu r-rigali għal qraba u ħbieb tagħhom… din is-sena differenti minħabba għadd ta’ restrizzjonijiet relatati mal-COVID-19.

Minħabba l-pandemija, ħafna ddeċiedew li għal din is-sena kemm jista’ jkun jevitaw ix-xiri ta’ rigali u jagħtu biss rigali f’forma ta’ flus lil dawk l-iżjed għeżież għalihom.

U fejn jidħlu ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena, dawn jidher li se jinżammu minimi kemm jista’ jkun.

Ħafna huma dispjaċuti li ma jistawx iqattgħu dawn il-festi mal-qraba tagħhom. Oħrajn qed jiddispjaċihom li ma jistgħux jaraw lill-għeżież taħghom għax huma anzjani jew vulnerabbli. Madanakollu xorta waħda sabu mezz ieħor kif iferħu lil xulxin!

Ritratti: Joseph Galea