Malta qed tibki żewġ vittmi oħra tal-Covid-19 dan hekk kif fl-aħħar sigħat it-total ta’ fatalitajiet b’kawża tal-imxija tela’ għal 157.
Fl-ewwel każ, raġel ta’ 77 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-4 ta’ Diċembru, miet it-Tnejn fl-Isptar Mater Dei. Fit-tieni każ, mara ta’ 89 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-7 ta’ Diċembru, mietet it-Tlieta fl-Isptar Mater Dei.
Fl-aħħar sigħat instabu 40 każ ġdid ta’ Coronavirus, iżda aħbar pożittiva hi li kellna 144 persuna li fiequ minn dan il-virus. It-total ta’ każijiet attivi issa huwa dak ta’ 1,905, bit-total ta’ dawk li fiequ issa jitla’ għal 8,641.
Minn Marzu ‘l hawn b’kollox kellna kważi 11-il elf każ, bit-total ta’ każijiet huwa dak ta’ 10,916.
Fatt interessanti li l-ammont ta’ swab test li hemm reġistrati fil-grafika tat-Tlieta, huma bin-nofs anqas meta mqabbla ma’ dawk tat-Tnejn.
Mill-każijiet li tħabbru t-Tnejn 18-il każ kienu minn fost membri tal-familja ta’ nies li kellhom il-virus, 17-il każ minn fuq il-post tax-xogħol, 11-il każ ta’ nies li kellhom kuntatt dirett ma’ nies bil-virus. Dan ifisser għal 93 minn total ta’ 139 huma sporadiċi.