79 persuna kienu infettati bil-virus fl-aħħar 24 siegħa. Skont ċifri maħruġa mill-Ministeru tas-Saħħa u ppubblikati fuq il-paġna ta’ Facebook, 79 persuna oħra fiequ matul l-istess żmien.
Meta wieħed iqis dawn il-każi u l-ħames persuni li tilfu ħajjithom fl-aħħar sigħat, fosthom tliet persuni li mietu fl-aħħar ħinijiet, in-numru każi attivi jibqgħu taħt l-elfejn, preċiżament 1,902.
In-numru ta’ vittmi minn Marzu sa issa tela’ għal 160 filwaqt li t-total ta’ każi hu ta’ 10,995. Biċ-ċifri tal-lum, it-total tal-persuni li fiequ tela’ għal 8,720.
//= $special ?>