Mir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar l-Eectrogas, jirriżulta li fil-proċess kien hemm bidliet irregolari fl-aħħar ħin li għinu bil-kbir lill-Electrogas.
Ir-rapport dwar l-Electrogas beda jkun diskuss fil-kontijiet għall-Kumitat għall-Kontijiet Pubbiċi (PAC) li tmexxa miċ-Chairman u deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, bid-deputati Nazzjonalisti Karol Aquilina u Ryan Callus jirrappreżentaw lill-Oppożizzjoni waqt li l-Whip Laburista Glenn Bedingfield, il-Ministru Clayton Bartolo, is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat u d-deputat Laburista Ian Castadi Paris rrappreżentaw lill-Gvern.
Id-deputat Laburista Glenn Bedingfield talab lista tal-persuni li se jixhdu quddiem il-PAC u r-rilevanza tiegħu flimkien mat-termini ta’ riferenza.
Iċ-Chairman tal-PAC Beppe Fenech Adami wieġeb li kien fl-2015 li l-PN talab lill-Awditur Ġenerali biex jinvestiga diversi aspetti relatati mal-Electrogas. Hu qal li mhix il-prassi tal-PAC li jkollu quddiemu lista tax-xhieda li se jissejħu iżda ħadd mhu se jinżamm milli jinstema’.
L-Awditur Ġenerali Charles Deguara qal li dan kien wieħed mill-iktar rapporti estensivi li qatt saru fl-istorja u sostna li kienu analizzati 50 kuntratt differenti. Dan kienu l-uniku rapport li fih it-team sħiħ tal-uffiċċju ħadem fuqu.
L-ewwel xhud kien Keith Mercieca, Assistent Awditur Ġenerali, qal li dwar l-interconnector l-Enemalta ftit tat informazzjoni għalkemm b’mod ġenerali kien hemm kooperazzjoni. Fost il-persuni li tkellmu magħhom l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali tkellem mal-ex ministru Laburista Konrad Mizzi.
Hu qal li kien hemm 19-il kumpanija li tefgħu l-offerta kollettiva u ġenerali inizjali fejn 11 minnhom għaddej għall-RFP. Kien hemm affarijiet tajbin iżda ken hemm nuqqasijiet fejn l-offerenti kollha kellhom nuqqasijiet. Id-due diligence kien limitat għal tfittxija fuq l-internet għalkemm kien baqa’ d-deċiżjoni definittiva. Dwar in-nuqqasijiet tal-offerenti, Mercieca qal li dawn kienu amministrattivi kien hemm uħud minn sostantivi.
L-Assistent Awditur Ġenerali kompla li d-due diligence sar fil-parti preliminari u żiued li d-due diligence tal-RFP jiffoka fuq il-finanzjament tal-proġett biss meta dan kellu jkun iktar suffiċjenti minn dak li sar. L-akbar tħassib kien l-inkonsistenti fl-offerenti li kellhom “nuqqasijiet simili” iżda l-kumpaniji kienu trattati b’mod differenti; “dan ma kienx sew”, sostna Keith Mercieca.
L-RFP kien it-tieni fażi tal-proġett fejn kull kumpanija riedet tkun iktar speċifikata skont ir-rekwiżiti. Wara li saret is-sejħa għall-offerti kien hemm proċess ta’ kjarifikazzjoni, fejn fost il-kjarifikazzjoni kien hemm il-garanzija. Jirriżulta li ħafna mill-bidliet li saru twettqu fl-aħħar ġranet.
Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina staqsa jekk kienx il-każ li l-offerenti ma kienux jafu bil-garanzija għalkemm kien hemm offerenti oħra li setgħu kienu jafu. L-Awditur Ġenerali qal li s-supply agreement ma kienx inkluż fost l-offerenti.
Mistoqsi jekk kienx hemm iktar affarijiet tajbin milli ħżiena f’dan il-proċess, l-Awditur Ġenerali qal li kien hemm iktar affarijiet ħżiena mill-tajbin fil-proċess. L-Assistent Awditur Ġenerali qal li kien hemm affarijiet irregolari li setgħu ivvantaġġjaw numru ta’ offerenti jew offerent wieħed. Hu sostna li kien vantaġġjat dak li rebaħ l-offerta.
Ir-rapport jgħid li kien hemm l-introduzzjoni ta’ kunċetti ġodda li kellhom effetti fid-dċiżjoni, sostna d-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, li kompla li l-Awditur qal li fl-aħħar sekonda l-parametri u r-riskju refgħu l-gvern. Saru bidliet sostanzjali fl-aħħar tal-proċess li wasslu biex min rebaħ l-offerta kien vantaġġjat, sostna l-Assistent Awditur Ġenerali, li sostna li kien hemm aspetti li kif kien disinjat il-proċess “ħassbuna” fosthom li min jibni l-power station irid iforni wkoll il-gass.
Din naqqset il-kompetizzjoni meta l-interess tal-gvern għandu jkun li jżid il-kompetizzjoni, ikkummenta l-Assistent Awditur Ġenerali, li kompa li l-proċess spiċċa bi tliet offerenti. Il-bidliet akkomodaw offerent wieħed; kollox maħdum bizzilla, irrimarka Beppe Fenech Adami.
L-Assistent Awditur Ġenerali xehed li l-RPF kien strutturat tajjeb, dettaljat u rigoruż iżda kien hemm bidliet fl-aħħar tal-proċess, id-due diligence ma kienx rigoruż u komprensiv biżżejjed apparti mill-finanzi, is-secuirity of supply agreement u kien hemm ukoll estenzjoni ta’ sitt xhur għat-tlestija tal-proċess.
Dawn l-affarijiet ħassbuna ħafna, sostna l-Assistent Awditur Ġenerali, li qal li d-due diligence ma ħarisx lejn affarijiet oħra minbarra l-aspett finanzjarju. Beppe Fenech Adami qal li r-rapport tal-Awditur Ġenerali juri li d-due diligence ma rax hemm hemm governanza tajba, kondotta etika jew korruzzjoni u staqsa x’forma ħa d-due diligence.
L-Awditur Ġenerali kkonkluda li kieku sar due diligence korrett kien ikun evidenti li l-Gasoil ma kienux ta’ livell għax ma kellux l-abbiltà li jkompli fil-proċess. Dwar dan l-Assistent Awditur Ġenerali qal li l-Kumitat tal-Evalwazzjoni assenja biss erba’ punti minn 100 punt fil-proċess tal-evalwazzjoni finanzjarja. Dwar Siemens jirriżulta li ma kienx hemm dokumentazzjoni dwar ir-rapporti finanzjarji ta’ Siemens u fil-fatt l-informazzjoni inkisbet minn fuq l-internet.
Dwar il-kuntratti Keith Mercieca qal kien hemm penali ta’ massimu sa €22-il miljun – li kellha capping ta’ €18-il miljun – jekk ikun hemm dewmien biex jitlesta l-proċess. Suppost li kellu jkun hemm iktar penali iżda kien hemm capping. Hu qal li l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali kien staqsa lill-Enemalta dwar jekk tħallsux dawn il-penali iżda ma kienx hemm tweġiba mill-Enemalta.
Il-kumitat jinsab aġġornat għal data li tkun komunikata.
//= $special ?>