Futbol Sport

Birkirkara jsalvaw punt f’rimonta fit-tieni taqsima

(Ritratt: Joe Borg/ MFA)

Birkirkara…………………2

Balzan………………………2

Birkirkara: A. Guarnone, E. Pepe, Y. Yankam, L. Montebello, R. Briffa (R. Mbu 85’), K. Zammit, F. Falcone, C. Attard, C. Bonanni, C. Prado, O. Carniello

Balzan: V. Vranes, A. Loof, S. Arab, P. Fenech, S. Pisani, S. Bezzina (G. Camilleri 72’), U. Ljubomirac, S. Dimic (A. Effiong 88’), P. Mota (N. Frendo 92’), S. Cipriott (E. McWoods 72’), M. Kamara

Referee: G. Tonna

Assitenti referees: E. Spiteri, D. Spencer

Birkirkara kellhom iwettqu rimonta tajba fit-tieni taqsima biex salvaw punt fi draw ta’ 2-2 kontra Balzan. Birkirkara kienu għadhom ġejjin minn żewġ rebħiet konsekuttivi filwaqt li Balzan kienu ilhom sitt partiti mingħajr rebħa. Balzan fetħu l-iskor wara biss ħames minuti meta UROS LJUBOMIRAC minn fuq ix-xellug daħal għan-nofs wara li qabeż numru ta’ plejers qabel ma’ fajjar xutt b’saħħtu li ma ta l-ebda ċans lil Guarnone.

Minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima, Balzan ingħataw penaly wara li Carniello waqqa’ lil Dimic fil-kaxxa biex minn ħdax –il metru AUGUSTIN LOOF ma żbaljax. Fit-tieni taqsima Birkirkara ħarġu fuq l-offensiva u fil-55 minuta b’xutt b’saħħtu ta’ FEDERICO FALCONE. Sitt mintui wara Birkirkara għamluhom 2-2 meta CAIN ATTARD approfitta minn indeċiżjoni fid-difiża ta’ Balzan. Lejn it-tmiem Birkirkara setgħu rebħu l-konfront iżda Luke Montebello ra d-daqqa ta’ ras tiegħu taħbat mal-mimduda.