Fil-Qorti dalgħodu, il-Ministru Edward Scicluna ikkonferma li id-deal tal-isptarijiet kien kollu f’idejn l-eks Ministru Konrad Mizzi – li sallum il-ġurnata għadu deputat fil-Parlament.
Scicluna żvela li l-Kabinett Laburista mhux talli ma għamel xejn biex iwaqqaf dan id-deal skandaluż, talli kien hemm qbil li jibqgħu iċedulhom.
Dan kollu ħareġ meta dalgħodu kompliet il-kawża li kien fetaħ l-eks Kap tal-PN Adrian Delia dwar il-ftehim ma’ Vitals, b’Edward Scicluna jindika li kemm Vitals u anke Steward ma għamlu kważi xejn minn dak imwiegħed.
//= $special ?>