Fi tmiem il-ġimgħa ġiet fi tmiem l-ewwel kompetizzjoni tal-istaġun organizzata mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey fejn GREE Sliema HS għelbu lil Qormi DAIKIN wara l-għoti tal-penalties. F’partita bejn tnejn mill-aħħar timijiet tal-hockey f’pajjiża, Sliema rnexxielhom iwaqqfu l-mixja ta’ Qormi fejn rebħu għaxar kompetizzjonijiet konsekuttivi bl-aħħar darba li tilfu finali jew kompetizzjoni kien fis-Super Cup tal-2017/18.
Wara li l-partita ntemmet fi draw ta’ 2-2, kienu GREE Sliema li fetħu vantaġġ ta’ 3-2 biex l-partita ntemmet bl-iskor ta’ 5-4. L-Umpires ta’ dan il-konront kienu James Mizzi u Nathan Galea.
Fi tmiem il-partita, il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey Gordon Mifsud preżenta l-midalja liż-żewġ timijiet filwaqt li Robert Busuttil f’isem l-Għaqda Ġurnalisti Sports preżenta t-trofew lir-rebbieħa.
Qabel din il-partita, White Hart u Young Stars lagħbu l-pley-off għat-tielet post, b’White Hart jirbħu l-kofront 8-7 wara l-għoti tal-penalties.
//= $special ?>