Matthias Mizzi
Mosta…………..2
Valletta..……….2
Mosta: H. Mafoumbi, J. De Sousa Ferreira (22’ L. Portelli (66’ D. Debono)), C. Ememe, C. Failla, G. Sciberras, T. Farrugia, M. Muchardi, R. Morisco, Z. Brincat, B. Kaljevic, K. Tulimieri (80’ J. Bezzina)
Valletta: Y. Cini, R. Camilleri, T. Caruana, E. Sala, T. Marukawa (90’ + 1 R. Tonna), I. Requena, L. Aguirre, A. Alba ( 80’ I. Micallef), R. Fenech, M. Jovanovic (65’ S. Dimech), M. Fontanella
Imwissija: 10’ H. Mafoumbi (MST), 40’ G. Sciberras (MST), 36’ M. Jovanovic (VLT), 46’ R. Caruana (VLT), 58’ J. De Sousa (VLT), L. Portelli (MST), 76’ A. Alba (VLT)
Skorjaw: 10’ M. Fontanella (PEN) (VLT), 14’ T. Marukawa (VLT), 25’ Z. Brincat (MST), 45’ K. Tulimieri (MST)
Referee: Stefan Pace
Assistenti Referees: Roberto Vella & Paul Apap
Raba’ Uffiċjal: Ishmael Barbara
BOV Plejer tal-Logħba: Tasei Marukawa (VLT)
Ikompli l-bidu diżastruż ta’ Valletta b’rebħa waħda minn disa’ konfronti. Bl-erba’ gowls jaslu kollha fl-ewwel taqsima, Mosta għarfu jġibu punt wara li kienu minn taħt b’distakk ta’ żewġ gowls.
B’rebħa waħda mit-tmien konfronti preċedenti, Valletta niżlu għal din il-partita determinati li jirritornaw għar-rebħ speċjalment wara żewġ telfiet kontra Floriana u Tarxien rispettivament. Fuq in-naħa l-oħra Mosta b’moral għoli kienu ġejjin minn erba’ rebħiet konsekuttivi.
Bidu intensiv miż-żewġ timijiet b’erba’ gowls jaslu f’din it-taqsima. F’lejla kkaratteristikata minn xita qawwija, it-tim Belti fetaħ l-iskor kmieni fil-partita permezz ta’ penalty mogħti minn Mario Fontanella. Ftit wara u Valletta rdoppjaw mal-kwarta logħob wara li Tasei Marukawa approfitta minn żball fid-difiża Mostija u kkastiga b’xutt fil-baxx.
Mosta ma ramewx ix-xugaman biex fil-25 minuta Zachary Brincat skorja għall-Mostin permezz ta’ xutt fil-baxx minn barra ‘l kaxxa.
Preċiżament ftit qabel it-tisfira tal-ewwel taqsima Mosta ġabu l-iskor indaqs minn goal maħdum tajjeb minn żewġ plejers eks-Valletta. Bojan Kaljevic iniżżel b’kalma cross insidjuż, b’Kevin Tulimieri viċin u kkonkluda akrobatikament fl-ajru biex għeleb għalkollox lil Yenz Cini.
Bil-kundizzjonijiet tal-art ma jiffavorixxux, ir-ritmu għall-kumplament tal-partita baqa’ wieħed għoli. Ftuħ it-tieni taqsima u Mosta ġew imċaħħda goal wara li Ememe deher jolqot il-ballun b’idu. 58 minuta logħob u Valletta fortunati ferm li ma laqtux il-goal meta Mosta fallew tliet tentattivi mill-viċin.
//= $special ?>