Coronavirus Futbol Sport

Il-President tal-MFA pożittiv għall-coronavirus

Fi stqarrija l-MFA kkonfermat li l-President tal-istess Assoċjazzjoni, Bjorn Vassallo rriżulta pożittiv għall-coronavirus.

Vassallo ħass xi sintomi ħfief aktar kmieni din il-ġimgħa u mit-test li sarlu rriżulta pożittiv. Immedjatament, il-President tal-MFA mar fi kwarantina u beda l-perjodu ta’ kwaratina obbligatorjà ta’ 15 -il jum.

F’Ottubru l-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Devis Mangia wkoll kien irriżulta pożittiv għall-coronavirus fejn kien tilef il-partita ta’ ħbiberija kontra Liechtenstein minħabba li kien għadu fi kwarantina.