Coronavirus

Imutu tliet persuni oħra bil-Covid-19 – 160 vittma minn Marzu

Tliet persuni oħra fl-aħħar sigħat mietu kaġun tal-Coronavirus. Stqarrija tal-Ministeru tas-Saħħa tgħid li l-persuni huma żewġt irġiel u mara.

Fl-ewwel każ, raġel ta’ 83 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-24 ta’ Novembru, miet ilbierah fl-Isptar Mater Dei. 

Fit-tieni każ, raġel ieħor ta’ 90 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-24 ta’ Novembru, miet aktar kmieni lbieraħ fl-Isptar Mater Dei. 

U fit-tielet każ, mara ta’ 90 sena, kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-23 ta’ Novembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

B’dawn l-aħħar tliet imwiet, in-numru ta’ vittmi tal-Coronavirus f’pajjiżna issa tela’ għal 160.