L-attakk li sar minn sid ta’ zoo fis-Siġġiewi fuq il-Kummissarju l-ġdid għall-Ħarsien tal-Annimali qajjem furur sħiħ fuq il-media soċjali. Tant li l-persuna li ħareġ jattakka lill-Kummissarju Alison Bezzina spiċċa neħħa dan l-istess filmat.
Meta lbieraħ ikkuntatjajna lil Bezzina, hi qaltilna li qed tistenna parir legali fuq kif se tipproċedi dwar dan il-każ sensittiv.
Il-kontroversja kollha faqqgħet ilbieraħ stess meta s-sid ta’ dan iz-zoo tella’ video ta’ 30 minuta jattakka personalment lil Alison Bezzina. Fil-filmat, is-sid taz-zoo jidher joħodha ħadha qatta bla ħabel anke kontra l-Partit Nazzjonalista.
Waqt li qal li z-zoos kienu qed jiġu l-mira ta’ ħafna kritika f’daqqa minħabba li n-nies ma kellhomx grazzja miegħu personalment, hu staqsa xi kwalifiċi għandha Bezzina biex tokkupa din il-kariga…u saħansitra heddida li kieku għalih għandha titkeċċa – diskors simili għal dak li lissen il-Ministru Ian Borg mal-ġurnalisti ta’ Net News din il-ġimgħa stess.
Intant, b’rabta ma’ dan, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, fi stqarrija, saħaq li jistenna li l-Prim Ministru jikkundanna u jiddiżassoċja ruħu minn dawn il-kummenti – xi ħaġa li sa issa għadha ma saritx.
//= $special ?>