Futbol Sport

Inter eliminati, jikkwalifikaw Real Madrid u Atalanta

(Ritratt: EPA)

Inter sfaw eliminati u l-aħħar fl-istess grupp meta temmew fi draw ta’ 0-0 fi Stadio San Siro kontra Shaktar Donetsk. Il-gowlkiper ta’ Shaktar Anatolii Trubin kien strumentali għal Shaktar fejn ċaħħad lil Inter bosta drabi b’saves u ħarġiet mill-aqwa.

Real Madrid kisbu post fil-fażi li jmiss u rebħu Grupp B meta għelbu lil Borussia Moenchengladbach 2-0. Iż-żewġ gowls ta’ Real Madrid waslu fid-9 u fit-32 minuta permezz ta’ KARIM BENZEMA.

Atalanta kisbu post fil-fażi li jmiss tal-UEFA Champions League meta fil-Johan Cruyff Arena għelbu lil Ajax 1-0. Il-gowl deċiżiv għal Atalanta wasal fil-85 minuta b’gowl ta’ LUIS MURIEL wara azzjoni personali wara li Ajax kienu temmew jilgħabu b’għaxar plejers fid-79 minuta meta tkeċċa Ryan Gravenberch.

Mill-istess grupp, Liverpool temmew fi draw ta’ 1-1 kontra Midtjylland wara li kienu diġa kwalifikaw għall-fażi li jmiss. MOHAMED SALAH fetaħ l-iskor wara biss miuta biex ALEXANDER SCHOLZ ġab id-draw għal Midtjylland fit-62 minuta peremzz ta’ penalty.

PSG għelbu lil Istanbul Basaksehir 5-1 wara li l-partita tkompliet illum minħabba li lbieraħ ġiet sospiża minħabba każ ta’ razzismu. NEYMAR skorja tliet gowls fil-21, 38 u l-50 minuta, b’KYLIAN MBAPPE jiskorja ż-żewġ gowls l-oħra fit-42 u t-62 minuta. MEHMET TOPAL skorja għal Istanbul Basaksehir fis-57 minuta.

Minn Grupp A, Bayern Munich kisbu rebħa komda ta’ 2-0 fuq Lokomotiv Moscow b’NIKLAS SULE u CHUPO – MOTING jiskorjaw għall-Ġermaniżi.

Fl-aħħar partita tal-grupp tagħhom, fi Grupp Ċ, Manchester City kisbu rebħa ta’ 3-0 fuq Marseille bil-gowls għat-tim ta’ Pep Guardiola jaslu minn FERRAN TORRES fit-48 minuta, SERGIO AGUERO fis-77 minuta u RAHEEM STERLING lejn it-tmiem.

UEFA CHAMPIONS LEAGUE
Illum: Grupp A: B. Munich v L. Moscow 2-0, Salzburg v A. Madrid 0-2 Grupp B: Inter v S. Donetsk 0-0, R. Madrid v B. M’gladbach 2-0 Grupp Ċ: Man City v Marseille 3-0, Olympiacos v Porto 0-2 Grupp D: Ajax v Atalanta 0-1, Midtjylland v Liverpool 1-1 Grupp H: PSG v I. Basaksehir 5-1