Lokali

L-akbar qabda droga mid-Dwana fl-istorja ta’ pajjiżna

Aktar minn 600 kilogramma droga għal valur li jlaħħaq id-€69 miljun.

Din hija l-akbar sejba droga li għamlet id-Dwana Maltija fl-istorja wara qabda li wettqet fil-Port Ħieles b’612Kg ta’ droga kokaina moħbija f’pallets li kienu qed iġorru żejt tat-tisjir.

Il-kunsinna li telqet mill-Ekwador, kompliet sejra lejn il-Kolumbja, sabiex sussegwentament ġiet interċettata mid-Dwana Maltija hekk kif il-bastiment kien fit-triq lejn il-Libja.

Is-sejba twettqet waqt li l-bastiment kien qed jiġi spezzjonat fejn instabu 510 pakkett.

Intant il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech faħħar u rringrazzja l-ħidma tal-uffiċjali tad-Dwana li ddeskriviha parti minn sensiela ta’ suċċessi tul dawn l-aħħar xhur.

https://www.facebook.com/bernardgrechmt/posts/1028983714279600?cft[0]=AZXecBRCwcnpI4pQtAwlrEAKVBv61VkRyitEZhg5CjkFtA3FoSYBM3bLr-tHhx8ugmmZ1eRwB0doptW4hRknQhrQeW42Y7LW8Shh2W-dmmyguAXZVI4TwBItm2bNd8WWzLMkMoScL0bVsvImnoraMepZ0S1iPSK825JskMzRwfIEQpwyO8UPc_-mHRwaPWGnUoY&tn=%2CO%2CP-R