Ħal Qormi jinsab f’luttu wara li tħabbret il-mewt tan-Nutar Antoine Agius.
Huwa kien attiv ferm fil-komunità Qormija, b’mod partikolari dik tal-Parroċċa Ġorġjana, hekk kif huwa wieħed mill-fundaturi tal-Għaqda Soċjo-Mużikali Aniċi, li tagħha kien President ukoll.

In-Nutar Agius kien ukoll wieħed mill-kandidati tal-Partit Nazzjonalista għall-Elezzjoni Ġenerali.
