Wara d-deċiżjoni tal-Prim Ministru Robert Abela li jniżżel lil Miriam Dalli minn Brussel biex jaħtarha Ministru, pajjiżna tilfet post importanti fit-tmexxija tal-grupp tas-Soċjalisti Ewropej.
Dan hekk kif l-MEP Laburista Alex Agius Saliba tilef l-elezzjoni għall-post vakat mill-Ministru Miriam Dalli fil-Viċi Presidenza hekk kif tħabbar li l-Membru Parlamentari Ewropew Portugiż, Pedro Marques, rebaħ din l-elezzjoni b’65 vot.
