Ewropa Lokali Unjoni Ewropea

Malta titlef post importanti fil-grupp tas-Soċjalisti Ewropej

Alex Agius Saliba jitlef l-elezzjoni għall-Viċi-Presidenza bil-post vakat tal-Ministru Miriam Dalli

Wara d-deċiżjoni tal-Prim Ministru Robert Abela li jniżżel lil Miriam Dalli minn Brussel biex jaħtarha Ministru, pajjiżna tilfet post importanti fit-tmexxija tal-grupp tas-Soċjalisti Ewropej.

Dan hekk kif l-MEP Laburista Alex Agius Saliba tilef l-elezzjoni għall-post vakat mill-Ministru Miriam Dalli fil-Viċi Presidenza hekk kif tħabbar li l-Membru Parlamentari Ewropew Portugiż, Pedro Marques, rebaħ din l-elezzjoni b’65 vot.