Raġel ta’ 39 sena mill-Floriana li kważi sena ilu ġie kundannat sitt xhur ħabs wara li ammetta li kiser il-kundizzjonijiet mogħtija lilu mill-Qorti peress li ma kienx imnur jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija tal-lokal ma nstabx ħati li fis-27 ta’ April tas-sena l-oħra seraq diversi oġġetti propjetà ta’ ommu.
Keith Gravina kien tressaq il-Qorti mixli li seraq mir-residenza ta’ ommu li kien ħarab mill-kustodja tal-Pulizija f’April li għadda, imma kien ingħata l-libertà proviżorja u minbarra sentenza ta’ ħabs kien tilef it-€3,000 bħala garanzija personali fuq i-ħelsien mill-arrest li kien ingħata. Huwa kien ukoll tpoġġa wkoll taħt ordni ta’ trattamanet għall-perjodu ta’ sitt xhur.
Il-Maġistrat Audrey Demicoli minbarra li ma sabitux ħati li seraq lil ommu microwave, griglioso u oġġetti oħra li l-valur tagħhom huwa ta’ €380 ma nstabx ħati lanqas li ħarab mill-kustodja tal-Pulizija, li kkommetta reat waqt il-perjodu operattiv ta’ sentenza sospiża u li sar reċidiv.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Jeffrey Scicluna qalet li fit-28 ta’ April 2019 l-imputat qal li ma bediex iħossu sew u sakemm kien qiegħed jistenna karozza tal-Pulizija biex tieħdu ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Floriana, u meta waslet il-karozza żewġ membri tal-Korp tal-Pulizija li marru biex jiġbruh, ma sabuhx u bdiet tfittxija għalih.
L-għada, kien intlemaħ minn Pulizija li kien intlemaħ minn Pulizija li kien qiegħed ‘fixed pont’ mar-residenza ta’ ommu. Meta ra lill-Pulizija, Gravina reġa’ pprova jaħrab. Omm l-imputat ma xehditx kontra binha. Dwar is-serq aggravat il-Qorti qalet li ma ġabet l-ebda prova sal-grad li lil hinn minn kull dubju dettat mir-raġuni.
Dwar il-ħarba mill-Għassa l-Qorti qalet li skont il-liġi Gravina ma ħarabx mill-ħabs u li l-kustodja tal-Pulizija mhijiex ħabs. Fuq li kiser xi kundizzjoni jew li sar reċidiv dan issa ma jgħoddx peress li huwa ġie lliberat mill-akkużi ta’ serq aggravat u mill-ħarba mill-Għassa. L-Avukat Arthur Azzopardi deher għal Gravina.
//= $special ?>