Attrazzjoni unika oħra fil-lokalità t’Għajnsielem għal żmien il-Milied hekk kif il-Ħamis, il-Kunsill Lokali t’Għajnsielem fis-7.15pm se jinawgura siġra unika tal-Milied, b’ għoli ta’ 60 pied magħmula minn struttura tal-ħadid u miksija b’ aktar minn 4500 flixkun tal-ħgieg.
Din il-kobor ta’ siġra ġiet installata f’post prominenti fiċ-ċentru t’Għajnsielem quddiem il-Knisja Arċipretali tal-Madonna ta’ Loretu bħala tislima lill-vittmi u l-eroj tal-Covid-19.
Din l-inizjattiva setgħet issir wara sejħa li saret mill-Kunsill lill-Għajnselmiżi sabiex jikkontribwixxu huma stess bil-fliexken u fl-istess waqt flimkien iwasslu messaġġ pożittiv favur l-ambjent u r-riċiklaġġ.
//= $special ?>