Ambjent Festi Għawdex Kultura Kunsilli Lokali Lokali

Siġra għolja 60 pied miksija b’4,500 flixkun tal-ħġieġ f’Għajnsielem

Attrazzjoni unika oħra għall-Milied mill-Kunsill Lokali t'Għajnsielem

Attrazzjoni unika oħra fil-lokalità t’Għajnsielem għal żmien il-Milied hekk kif il-Ħamis, il-Kunsill Lokali t’Għajnsielem fis-7.15pm se jinawgura siġra unika tal-Milied, b’ għoli ta’ 60 pied magħmula minn struttura tal-ħadid u miksija b’ aktar minn 4500 flixkun tal-ħgieg.

Din il-kobor ta’ siġra ġiet installata f’post prominenti fiċ-ċentru t’Għajnsielem quddiem il-Knisja Arċipretali tal-Madonna ta’ Loretu bħala tislima lill-vittmi u l-eroj tal-Covid-19.

Din l-inizjattiva setgħet issir wara sejħa li saret mill-Kunsill lill-Għajnselmiżi sabiex jikkontribwixxu huma stess bil-fliexken u fl-istess waqt flimkien iwasslu messaġġ pożittiv favur l-ambjent u r-riċiklaġġ.