Coronavirus Lokali Saħħa

106 każi ġodda biex it-total minn Marzu jaqbeż il-11,000 każ pożittiv

Ifiqu 126 persuna mill-Coronavirus biex il-każi attivi jlaħħqu l-1,876

Fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 106 każ ġdid ta’ Coronavirus biex it-total ta’ każijiet f’pajjiżna minn Marzu ‘l hawn issa jlaħħaq il-11,101 persuna.

Aħbar pożittiva fl-aħħar 24 siegħa kienet li 128 persuna fiequ minn dan il-virus iżda din kienet imtappna bit-tħabbira ta’ 4 anzjani li sfaw vittmi tal-COVID-19 għal total ta’ 164 mejta.

B’hekk it-total ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 1,876 persuna, li jinkludi ukoll 4 immigranti.

Ta’ min jinnota ukoll li fl-aħħar 24 siegħa naqsu bi ftit anqas. minn 300 l-iswab tests li saru għal 2,626.

Intant, fost id-79 każ mħabbra l-Erbgħa, 44 persuna kienu membri familjari ta’ każijiet diġà magħrufa, 11-il każ pożittiv fost kollegi pożittivi fuq il-post tax-xogħol u 2 każijiet li kien f’kuntatt dirett ma’ każijiet pożittivi diġà mħabbra.

B’hekk, dawk li ma jafux minn fejn ħadu l-virus miċ-ċifra mħabbra l-Erbgħa kienu biss ta’ 21 persuna.