Fi stqarrija l-Ministeru tas-Saħħa ħabbar li sfortunatament erba’ persuni oħra tilfu ħajjithom kawża tal-coronavirus.
B’hekk it-total ta’ mwiet minn mindu faqqgħet din il-pandemija issa jlaħħaq il-164…. bi 15 minnhom jitilfu ħajjithom din il-ġimgħa biss.
L-ewwel każ huwa ta’ mara ta’ 92 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-2 ta’ Diċembru. Hija mietet ilbieraħ fil-Good Samaritan Long Term Care.
Fit-tieni każ, mara ta’ 66 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-23 ta’ Novembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
It-tielet każ huwa ta’ mara ta’ 85 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-2 ta’ Diċembru. Hija mietet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Fir-raba’ każ, raġel ta’ 91 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-3 ta’ Diċembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
//= $special ?>