Futbol Sport

Draw għal Napoli, rebħiet Arsenal u Milan fl-aħħar ġurnata tal-gruppi

(Ritratt: EPA)

Illejla ntlagħbet l-aħħar ġurnata mill-fażi tal-gruppi fejn Napoli kisbu post fil-fażi li jmiss u temmew l-ewwel fi Grupp F meta temmew fi draw ta’ 1-1 kontra Real Sociedad, liema draw ikkonferma wkoll li l-Ispanjoli kwalifikaw għall-fażi li jmiss. PIOTR ZIELINSKI fetaħ l-iskor għal Napoli fil-35 minuta filwaqt li WILLIAN JOSE ġab id-draw għal Sociedad ftit minuti qabel tmiem il-partita.

Arsenal barra minn darhom kisbu rebħa ta’ 4-2 kontra Dundalk biex b’hekk temmew il-grupp b’punti massimmi fejn minkejja l-forma negattiva fil-kampjonat f’din il-kompetizzjoni ma tilfux partita. Għal Arsenal skorja EDDIE NKETIAH, MOHAMED ELNENY, JOE WILLOCK u FOLARIN BALOGUN filwaqt li JORDAN FLORES u SEAN HOARE skorjaw għal Dundalk.

Milan temmew l-ewwel fil-grupp meta rebħa 1-0 kontra Sparta Prague. Il-gowl deċiżiv wasal fit-23 minuta permezz ta’ JENS PETTER HAUGE. Sparta Prague temmew il-partita jilgħabu b’għaxar plejers meta DOMINIK PLECHATY tkeċċa fis-77 minuta.

Tottenham ukoll temmew l-impenji tagħhom fi Grupp J b’rebħa komda kontra Royal Antwep. VINCIUS fetaħ l-iskor għal Tottenham fis-57 minuta, b’GIOVANI LO CELSO jirdoppja fil-71 minuta.

Leicester City kisbu rebħa ta’ 2-0 kontra AEK Athens fil-King Power Stadium b’żewġ gowls li wasslu fl-ewwel kwarta tal-partita. CENGIZ UNDER fetaħ l-iskor wara 12 –il minuta b’HARVEY BARNES jirdoppja żewġ minuti wara.

Roma sofrew telfa ta’ 3-1 kontra CSKA Sofia iżda xorta waħda temmew l-ewwel fi Grupp A. Il-gowls ta’ CSKA kienu skorjati minn TIAGO RODRIGUES u doppjetta ta’ ALI SOWE filwaqt li TOMMASO MILANESE skorja għal Roma.

UEFA EUROPA LEAGUE
Illejla:
CSKA Sofia v Roma 3-1, Y. Boys v Cluj 2-1, Dundalk v Arsenal 2-4, Rapid Wien v Molde 2-2, B. L’kusen v Sl. Prague 4-0, Hapoel v Nice 1-0, L. Poznan v Rangers 0-2, S. Liege v Benfica 2-2, PAOK v Granda 0-0, PSV v O. Nicosia 4-0, Rijeka v AZ Alkmaar 2-1, Napoli v R. Sociedad 1-1, Leicester v AEK 2-0, Braga v Zorya 2-0, Celtic v Lille 3-2, Sp. Prague v Milan 0-1, M. Tel-Aviv v Svissapor 1-0, Villareal v Qarabg posp., Ludogorets v LASK 1-3, Tottenham v R. Antwerp 2-0, D. Zagreb v CSKA Moscow 3-1, Wolfsberger v Feynoord 1-0, Hoffenheim v Gent 4-1, S. Liberec v C. Zvezda 0-0