Futbol Internazzjonali Sport

Imut Paolo Rossi

L-eks plejer ta’ Juventus u AC Milan Paolo Rossi miet fl-età ta’ 64 sena.

Il-mewt ta’ Rossi tħabbret matul il-lejl li għadda, u għalkemm mhux ikkonfermata, jidher li l-eks plejer ta’ Juventus u AC Milan kien marid b’marda terminali.

Minbarra ma’ Juventus u ma’ Milan, tul il-karriera kalċistika tiegħu Rossi lagħab ukoll ma’ Vicenza, Como, Perugia u Verona.

Iżda bla dubju l-aktar mumenti ta’ glorja tiegħu kienu  meta fi Stadio di Sarria f’Barcellona, nhar il-5 ta’ Lulju, hu skorja l-gol li permezz tiegħu, it-tim Taljan għeleb lill-Brazil bl-iskor ta’ 3 – 2, imbagħad fis-semifinali mal-Polonja skorja doppjetta, biex finalment fil-finali tat-tazza tad-dinja skojra l-ewwel goal għall-Italja f’logħba li ntemmet bl-iskor ta’ 3 – 1, biex it-tim Taljan immexxi minn Enzo Bearzot spiċċa jerfa’ it-tazza tad-dinja.

Paolo Rossi kien miżżewwġ lil Federica u kellu tlett itfal.