Sport Sport Ieħor

“Is-sena d-dieħla se nirritorna b’saħħti u aktar matur” – Marc Marquez

(Ritratt: EPA)

F’messaġġ waqt il-prestenazzjoni tas-sewwieqa ta’ Honda għall-istaġun li ġej, Marc Marquez qal li s-sena d-dieħla se jkun qiegħed jirritorna b’saħħtu u aktar matur.

Marquez qal li wkoll li dan kien staġun differenti anke minħabba l-pandemija tal-coronavirus filwaqt li rringrazzja lil kull min viċin tiegħu f’mument daqsekk diffiċli għalieh personalment. Marquez kien weġġa’ spalltu fl-ewwel Grand Prix tal-istaġun fejn ġie operat tliet darbiet minn dakinhar.