Kurżitajiet Lokali Saħħa

Jum speċjali għal Marì Galea li tiċċelebra 100 sena llum

100 sena ta’ esperjenzi u episodji li sawru mara ferriħija

Marì Galea, anzjani ferriħija u fuq tagħha, illum qed tiċċelebra għeluq il-mitt sena.

Kien proprju nhar l-10 ta’ Diċembru tal-1920 meta twieldet Marì, it-tieni wildt fost 14-il aħwa.

F’intervista ma’ Net News hija spjegat kif meta kellha fuq l-20 sena kienet faqqgħet it-tieni gwerra dinjija u dak iż-żmien, flimkien mal-familja tagħha, magħrufa bil-laqam ‘tan-naħla’ kellhom imorru joqgħodu fl-inħawi ta’ San Martin f’San Pawl il-Baħar.

Niftakar meta konna fil-gwerra, konna nitilgħu noqgħodu San Martin mal-familja, m’ommi u missieri għax qabel kont man-nannu l-Mellieħa, b’hekk kont noqgħod il-Mellieħa. Imbagħad konna nitilgħu fil-għoli naraw il-bombi u lanqas konna nibzghu”

Ritratt: Martin Agius

Marì hija omm ta’ żewġt itfal, nanna ta’ 4 u bużnanna ta’ 8.

Hi spjegat li biex persuna tgħix fit-tul m’għandhiex tinwkieta żżejjed, u wisq aktar importanti tgħix ħajja bnina u żżomm ruħha attiva.

Qed niekol xi ħaġa li tkabbar, kollox naturali hux (…)
S’issa għadni għaddejja hux.”

Ritratt: Martin Agius

Marì sostniet li tgħożż dawk il-memorji meta kienet l-iskola, u firxet l-ewwel passi tagħha fid-dinja tal-ħjata – xogħol li għamlet għal tant snin fejn bosta jafuha bħala ħajjata prima li ħititilhom l-ilbiesi tat-tieġ, saħansitra ta’ nies prominenti fil-Gżejjer Maltin. Marì spjegat li sal-lum il-ġurnata għadha tagħmel l-alterations ta’ ilbiesi u purtieri.

Tkun ħajjata dejjem ikollok ix-xogħol tan-nies, tkun trid tkompli magħhom. (…) Iż-żmien għadda. Lanqas tkun taf, lanqas irrid nemmen li għandi daqshekk żmien.”

Hija saħqet li tul ħajjitha tgħalmet li l-valuri huma fost l-aktar importanti għal ħajja allegra ….u huma dawk li ż-żgħażagħ għandhom jgħożżu.

Fost dawk li awgurawlha, kien hemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech li sab il-hin jaghtiha telefonata personali.

Ritratt: Martin Agius