Formula 1 Sport

Lewis Hamilton se jsuq għal Mercedes f’Abu Dhabi

(Ritratt: EPA)

Lewis Hamilton se jkun qiegħed isuq fl-aħħar Grand Prix tal-istaġun li se jkun qiegħed isir fi tmiem il-ġimgħa f’Abu Dhabi wara li rriżulta negattiv għall-coronavirus. Dan kien konfermat kemm mill-FIA, mill-Formula 1 u minn Mercedes hekk kif ġiet fi tmiemha l-perjodu ta’ kwarantina.

Din l-aħbar tfisser li George Russell li ħa post Hamilton fl-aħħar Grand Prix fil-Bahrian se jkun qiegħed jirritorna ma’ Williams. Hamilton li diġa rebaħ il-kampjonat tal-Formula 1 għas-seba’ darba se jkun qiegħed ifitexx li jtemm l-istaġun fuq nota pożittiva u jirbaħ it-12 -il tellieqa tiegħu dan l-istaġun f’ċirkwit fejn fil-passat rebaħ ħames darbiet.