Fir-rapport annwali tiegħu dwar il-kontijiet pubbliċi, l-Awditur Ġenerali sab pataflun ta’ nuqqasijiet, bid-dokument jagħmel aktar minn 300 rakkomandazzjoni sabiex dawn in-nuqqasijiet jitranġaw.
Fost dawn in-nuqqasijiet, kien hemm nuqqas ta’ osservanzai tar-regolamenti tax-xiri minn naħa tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada u anke fl-Aġenzija għall-Ħarsien ta’ dawk li qed ifittxu l-Ażil, l-AWAS, nuqqasijiet fis-saħra f’San Vinċenz de Paule li jagħtu lok għal abbuż, kif ukoll fuq in-nurmu ta’ sigħat ta’ ħidma fl-MCAST, nuqqasijiet f’Monte Carmeli u fi Trade Malta, nuqqas ta’ kontroll ta’ flus kontanti fl-Awtorità tal-Ippjanar, nuqqas ta’ kontabilità fil-proġett tax-Shooting Range Nazzjonali u nuqqasijiet fil-mod kif il-LESA tiġbor flejjes mill-multi pendenti
It-329 paġna ta’ dan id-dokument jippuntaw lejn aktar minn ħames biljun ewro fi ħlasijiet b’lura minn naħa tal-Gvern, żieda ta’ 22% f’arretrati fi żmien tnax-il xahar.
Dan instab wara li saret analiżi bir-reqqa tal-infiq pubbliku tul l-2019.
L-awditur ġenerali Charles Deguara qal li r-rakkomandazzjonijiet li saru f’dan ir-rapport huma intiżi biex jipprommwovu mhux biss governanza xierqa imma wkoll prattiċi aħjar fl-operat tal-Gvern.
//= $special ?>