Futbol Sport

Malta fost l-aktar tliet timijiet li rebħet punti matul l-2019/2020

(Ritratt: Trevor Sollars)

Is-suċċess tat-tim nazzjonali Malti matul l-istaġun 2019/2020 kompla jiġi rikonoxxut mill-FIFA hekk kif Malta ġiet fit-tielet post fl-aktar timijiet li kisbu punti fi 32 punt. L-Ungerija huma l-aktar tim li kiseb punti matul 2019/2020 meta kisbu 44 punt segwiti mill-Ekwador li kisbu 41 punt.

It-tim nazzjonali Malti għamel ukoll avvanz fir-rankings tal-FIFA fejn issa jinsab fil-176 post. Aktar kmieni din il-ġimgħa telgħu l-poloz tal-fażi ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2022 fejn it-tim nazzjonali ġie fi Grupp H flimkien mal-Kroazja, l-Islovakkja, r-Russja, l-Islovenja u Ċipru.