Fil-Marsa Sports Club, nhar il-Ħadd se jintlagħabu l-BOV Tennis Master u l-Ladies Top 6, kampjonati li huma organizzati mill-Federazzjoni Maltija tat-Tennis.
Fil-BOV Masters tal-Irġiel, Matthew Asciak s’issa ddomina dan il-kampjonat fejn rebaħ il-logħbiet kollha fil-fażi tal-gruppi. Fi Grupp 1, Asciak għeleb lil Nicholas Dagaetano, Dwayne Pullicino u Matthew Cassar Torregiani 6-0 6-0. Matthew Cassar Torregiani klassifika fit-tieni post tal-grupp.
Fi Grupp 2, Alex Degabriele rebaħ it-tliet logħbiet tiegħu fej għeleb lil Zack Zammit 6-0 6-0, lil Denzil Agius 6-3 7-6 u lil Liam Delicata 3-6 6-4 6-2 biex temm l-ewwel f’dan il-grupp, b’Liam Delicata jtemm fit-tieni post.
Matthew Asciak se jilgħab kontra Liam Delicata nhar is-Sibt fis-1.00pm filwaqt li Alex Degabriele se jilgħab kontra Matthew Cassar Torregiani fis-semifinali.
Fl-istess jum se tintlagħab il-finali tal-BOV Ladies Top 6 fejn Elaine Genovese se tilgħab kontra Emma Montebello.
//= $special ?>