“Għaqal kbir!” – Kien hekk li bih Owen Bonnici ddeskriva d-deċiżjoni tal-Prim Ministru Robert Abela li joħloq Ministeru kompletament ġdid għalih biex qaċċtu mill-Ministeru tal-Edukazzjoni ftit aktar minn 10 xhur biss wara li tah dan il-portafoll.
NET News ġab lill-Ministru Owen Bonnici bejn ħalltejn xi jwieġeb meta mistoqsi x’inhu xogħlu fl-istrateġija ta’ wara l-COVID-19:
“Fejn jidħol il-COVID-19, kif il-poplu kollu jaf, din hija pandemija li bidlet il-mod kif ngħixu ħajjitna, bidlet il-mod ta’ kif nagħmlu l-affarijiet.”
Tliet ġimgħat wara li ngħata din ir-responsabbiltà, ma kienx f’pożizzjoni jwieġeb x’inhu xogħlu meta mistoqsi għalfejn dan ix-xogħol ma sarx b’koordinazzjoni bejn il-Ministeru tal-Finanzi flimkien mal-Ekonomina u minflok qal li għadu jrid jagħti aktar dettalji dwar x’se jkolu xogħlu:
“Jien għalija dan huwa xogħol ta’ responsabbiltà enormi li fil-jiem li ġejjin se nkun qed nagħti aktar dettalji dwaru illi se jagħmel differenza fil-ħajja tal-familji u n-negozji Malti u Għawdxin.”
Jidher li Robert Abela ma tax raġuni lil Owen Bonnici għalfejn neħħieh minn Ministru tal-Edukazzjoni hekk kif l-unika raġuni li tana hi li kienet il-prerogattiva tal-Prim Ministru li jneħħih 10 xhur wara li ħatru:
“L-ewwel nett irridu ngħidu li jiena ġejt maħtur Ministru għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fost l-oħrajn. (….) Dwar l-Edukazzoni, din hija kruċjali għall-futur ta’ dan il-pajjiż. Jien għalija huwa settur importanti ħafna u huwa ukoll ċentrali fil-ħidma ta’ dan il-Gvern. Naturalment il-Prim Ministru għandu l-prerogattiva tal-għażliet ministerjali li għamel. Jiena min-naħa tiegħi nassigura lil kulħadd li se nagħti l-massimu tiegħi.”
Iżda tweġiba għall-mistoqsija preċiża dwar x’wassal lil Robert Abela jibdel fiehmtu 10 xhur wara li ħatru f’Ministeru daqshekk importanti Owen Bonnici baqa’ ma taniex.
//= $special ?>