Sport Sport Ieħor

Preżentat rikonoxximent finanzjarju li r-rebbieħa tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali

(Ritratt: Matthew Tabone)

Dalgħodu tal-Pixxina Nazzjonali f’tal-Qroqq, saret il-preżentazzjoni ta’ rikonxximent finanzjarju lir-rebbieħa tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali. Dan ir-rikonoxximent kien sponsorjat mill-Maltaco Lotteries għat-tmien sena konsekuttiva.

Ir-rebbieħa kienu magħżula f’attività li saret fi Frar li għadda organizzata minn Sport Malta u l-Għaqda Ġurnalisit Sports. Ir-rappreżentant tal-Maltaco Lotteries Vasileios Kasiotakis qal li minbarra li l-Maltaco huma l-isponsors ewlenin ta’ l-Għażliet Sportivi Nazzjonali, ta’ kull sena l-istess Maltaco tagħti rikonoxximent finanzjarju lir-rebbieħa bħala għajnuna u nkoraġġiment sabiex ikomplu l-karriera sportiva tagħhom.

Il-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports, Sandro Micallef irringrazzja lill-Maltaco Lotteries tal-għajnuna tagħhom lejn l-Għażliet Sportivi Nazzjonali kif ukoll l-għajnuna tagħhom lejn l-isport f’Malta.

Ir-rebbieħa li ngħataw r-rikonoxximent finanzjarju kienu:

Lisa Marie Bezzia – L-Isportiva tas-Sena – Atletika, Jordan Gusman – L-Isportiv tas-Sena – Atletika, Jake Muscat – Atleta Żgħażugħ tas-Sena – Waterpolo, Maya Azzopardi – Atleta Żgħażugħa tas-Sena – Għawm, Joe Caruana Curran – Uffiċjal tas-Sena – President tal-ASA, Karl Izzo – Kowċ tas-Sena – Kowċ tat-tim nazzjonali Malti tal-Waterpolo, Elusive II- Tim tas-Sena – Ibburdjar.