Raġel ċaħad li pprova jsuq fuq Spettur tal-LESA fis-Swieqi nhar l-Erbgħa li għaddew. Jacob Farrugia ta’ 24 sena mill-Qrendi kien akkużat li rreżista b’mod vjolenti uffiċjal tal-infurzar tal-liġi, heddu, li kkommetta reati relatati ma’ sewqan perikoluż, li naqas milli jieqaf meta ordnat u li saq b’veloċita qawwija.
L-inċident seħħ fid-9 ta’ Diċembru hekk kif Farrugia kien qed isuq Opel Corsa fi Triq Sant Andrija s-Swieqi għall-ħabta tas-1:20pm. Farrugia wieġeb mhux ħati.
L-avukat tiegħu, Lennox Vella, talab għal- libertà proviżorja. Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace, laqgħet it-talba u ħelset lir-raġel fuq garanzija personali ta’ €10,000. L-Ispettur Matthew Grech mexxa l-Prosekuzzjoni.
//= $special ?>