Lokali

“Serjissima li d-deal tal-Vitals ma ġiex diskuss fil-Kabinett”

L-aħħar xhieda fil-Qorti tkompli tikxef il-mod qarrieqi kif il-bejgħ tal-isptarijiet għadda mill-Parlament mingħajr diskussjoni ta’ xejn.

Waqt il-programm Net Live, l-Avukat Edward Debono spjega kif fix-xhieda li ta l-eks Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal li la hu u lanqas il-kumplament tal-kabinett  ma kien mgħarraf bl-MOU ffirmat mill-eks Ministru Cardona, u bil-ftehim aħħari milħuq ma’ Vitals. Ix-xhieda inghatat bhala parti mill-kawza li kien fetah l-eks Kap tal-PN Adrian Delia sabiex l-isptarijiet jinghataw lura lin-nies.

FINANZI, ŻEWĠ BILJUN EWRO KUNTRATT MA JIĠIX PREZENTAT U DISKUSS FIL-KABINETT TAL-MINISTRI. SAR JAF LI MALTA SE TAGĦTI ĊENS TEMPORANJU LILL-VITALS META L-KUNTRATT ĠIE PPREŻENTAT FUQ IL-MEJDA TAL-KAMRA

L-avukat Debono saħaq li minkejja l-biljuni li ħallsu l-Maltin… Vitals u Steward f’das snin kollha baqgħu m’għamlu xejn.

DAWN IN-NIES VITALS U STEWARD WARA ĦAMES SNIN M’GĦAMLU XEJN. SAN LUQA KOLLU ĠRIEDEN, L-ISPTAR KAREN GRECH BAQA’ KIF INHU U L-ISPTAR T’GĦAWDEX LI KELLU JĠIB IT-TURIŻMU MEDIKU XEJN UKOLL..GĦADU MA SAR XEJN

Debono insista li l-Gvern għandu jispjega kif u għaliex qed iħalli din l-art Maltija f’idejn barranin, meta l-Maltin qed jibqgħu ma jieħdu xejn minn dan id-deal, u spjega li fil-jiem li ġejjin, fil-kawża marbuta mal-isptarijiet se jissejħu biex jixhdu l-eks Ministru Konrad Mizzi u l-eks Prim Ministru Joseph Muscat.