Is-Segretarju tal-Kultura Ingliż Oliver Dowden qal li jittama l-istadiums ikunu jistgħu jimtlew bil-partitarji sal-ħarifa tas-sena d-dieħla. Dan wara li fl-aħħar jiem fl-Ingilterra beda jitqassam il-vaċċin kontra l-imxija tal-coronavirus.
Minn wara t-tieni lockdown nazzjonali fl-Ingilterra li ntemm fit-2 ta’ Diċembru, sa massimu ta’ 4,000 partitarju bdew jitħallew jidħlu fl-istadiums u attivitajiet li jsiru fil-miftuħ f’żoni li huma meqjusa bħala ta’ riskju baxx.
Sa massimu ta’ 2,000 persuna qed jitħallew jidħlu fl-istadiums li jinsabu f’żoni mmarkati bħala numru 2 filwaqt li ħadd ma huwa jitħalla jidħol fiż-żoni li huma meqjusa ta’ riskju għoli. Dowden rrimarka wkoll li xorta waħda se jkun assigurat li jiġu rispettati l-miżuri ta’ mitigazzjoni li jkunu mpost fl-Ingilterra sa dak iż-żmien.
//= $special ?>