Lokali

Tibda riċerka għall-benesseri tas-soċjetà Maltija

Fix-xhur u s-snin li ġejjin se tkun qed issir riċerka għall-benesseri tas-soċjetà Maltija biex ikun assigurat li kull persuna tingħata d-dinjità li jixirqilha.

Dan l-istudju, li qed isir mill-Fondazzjoni għall-Benesseri tas-Soċjetà flimkien mal-Università ta’ Malta, se jkun qed jiffoka fuq il-bzonn ta’ socjeta’ gusta.

Net News tkellem mal-President Emeritus, Marie-Louise Coleiro Preca illi spjegatilna l-iskop wara dan il-proġett.

Net News tkellem ukoll mar-riċerkatriċi Marie Brigulio illi qaltilna li dan l-istudju mhux se jiffoka biss fuq l-adulti.

Brigulio qalet li minn studju qasir li sar fl-aħħar xhur, jidher biċ-ċar li l-COVID-19 ġabet magħha ħsara fil-benesseri tas-soċjetà, b’dan l-istudju se jkun qed jagħti ħarsa fuq dan l-aspett ukoll.

Marie Brigulio qalet li wara li jsir dan l-istudju, se jintefa’ dawl ġdid fuq il-kwalità tal-ħajja …sabiex ikollna soluzzjonijiet aktar ċari.

Fl-aħħar ġimgħat, il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi kienet ippreżentat rapport bl-isem ‘Beyong GDP’ – rapport li jħeġġeġ għal diskussjoni dwar il-benesseri tas-soċjetà, mhux b’mod finanzjarju iżda wkoll lilhinn mill-but. Dan għaliex jidher li l-kuntentizza tan-nies dejjem qed tingħata l-ġenb.

Aqra iktar hawn: