Ikla ta’ tliet sigħat bejn il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson u l-President tal–Kummissjoni Ewropea Usula von der Leyen spiċċat bla ftehim bejn iż-żewġ mexxejja.
Tul l-ikla tard ilbieraħ filgħaxija kien hemm it-tama li jintlaħaq qbil bejn ir-Renju Unit u l-Ewropa dwar Brexit.
Iżda kelliem għall-Gvern Ingliż qal li fadal ħafna differenzi bejn iż-żewġ naħat.
It-taħdiditiet mistennija jkomplu bit-tama li sal-Ħadd ikun maghruf jekk intlaħaqx ftehim jew le.
Minn naħa tagħha l-President tal-Kummissjoni ikkonfermat li ż-żewġ naħat jinsabu ferm bogħod minn xulxin.
In-negozjati fejn Lord Frost li qed imexxi t-taħditiet għan naħa tar-Renju Unit u Michel Barnier li qed jirrappreżenta l-Unjoni Ewropea jkomplu llum fi Brussell.
//= $special ?>