Permezz ta’ ittra ddettaljata, indirizzata fost l-oħrajn lill-President tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, l-imprenditu Yorgen Fenech talab li l-inkjesta pubblika fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia tkun sospiża.
L-ittra tagħmel arugmenti legali u fil-konklużjonijiet titlob li din l-inkjesta tkun sospiża sabiex “sabiex tkun issalvagwardjatha l-integrità ta kull proċess ġudizzjarju li għaddej bħaliss” sakemm tkun stabbilita r-rabta bejn din l-inkjesta u proċessi oħra. u sabiex ikunu ssalvagwardjati d-drittijiet ta’ Fenech skont l-Artikoli 6 u 8 tal-liġi.
Fl-ittra l-avukati ta’ Fenech qed jitolbu li l-imprenditur akkużat fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia jingħata wkoll iċ-ċand li jwieġeb għal dak li qed jingħad f’din l-inkjesta permezz ta’ l-ekwivalenti ta’ Warning (Salmon) Letters.
L-ittra hija indirizzata wkoll lill-Kamra tar-Rappreżentanti u lill-Qorti ta’ pajjiżna.
//= $special ?>